Abbonament għal servizz ta’ komunikazzjoni elettrontika - Kif nista’ nakwista din l-informazzjoni?

Answer
  • Aqra u ifhem it-termini u l-kundizzjonijiet kollha relatati mas-servizz li beħsiebek tagħmel abbonament għalih. Huwa importanti ħafna li taqra sew it-termini u l-kundizzjonijiet qabel tiffirma kuntratt ta’ servizz.
  • Tista’ tara t-termini u l-kundizzjonijiet billi tidħol fil-websajts tal-operaturi, billi dawn jiġi ppubblikati onlajn. Barra minn hekk, dawn it-termini u kundizzjonijiet huma disponibbli bla ħlas mingħand il-ħwienet tal-operaturi, sabiex jiġu kkonsultati u kkunsidrati minn abbonati prospettivi.
  • Ikkuntattja s-servizzi tal-customer care tal-operaturi. Jekk ikun hemm xi ħaġa li tħoss li mhijiex ċara fit-termini u l-kundizzjonijiet, toqgħodx lura milli ssaqsi lill-persunal tal-customer care jew lis-sales persons biex jispjegawhielek aħjar.

Rate the Page

Was this page useful?