Numri b’rati premium - Kif nista’ nsir naf jekk numru huwiex numru b’rata premium jew le?

Answer

Il-punti li ġejjin jistgħu jgħinuk tidentifika numru b’rata premium:

  • L-ewwel numri tan-numru sħiħ jgħinuk tidentifika numru b’rata premium. Għal tagħrif dwar il-firxa tan-numri b’rata premium f’Malta, jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-mistoqsija ta’ qabel;
  • Oqgħod attent/a għat-tariffa applikabbli – din l-informazzjoni tinħareġ b’mod pubbliku meta s-servizz partikolari jiġi reklamat jew imsemmi; u
  • Ikkuntattja lill-fornitur tas-servizz tiegħek għal tagħrif dwar numri speċifiċi b’rati premium.

Rate the Page

Was this page useful?