Telefonija Fissa

Tipi differenti ta’ servizzi ta’ Telefonija Fissa li tista’ tagħżel minnhom

Public Switched Telephony Network (PSTN)
Dan huwa netwerk tat-telefon li permezz tiegħu l-fornituri tas-servizzi tat-telefonija jgħaddu t-telefonati kollha minn fuq netwerk mibni b’mod speċifiku bl-użu tat-teknoloġija tal-iswitching.

Dan jirreferi għas-‘sistema l-qadima’ tat-telefon li tintuża għall-iskambju tat-telefonati.


Voice over internet protocol (VoIP)
Din hija teknoloġija li permezz tagħha t-telefonati jiġu mgħoddija minn fuq l-Internet jew permezz ta’ kwalunkwe netwerk ibbażat fuq Protokoll tal-Internet, minflok jiġu mgħoddija mill-PSTN.
 
Mill-perspettiva tal-konsumatur, għandu jiġi nnutat li d-differenza prinċipali bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ servizzi ta’ telefonija hija li s-servizzi VoIP jeħtieġu provvista tal-elettriku u konnessjoni tal-Internet biex jaħdmu, filwaqt li l-PSTN le. Dan ifisser li fil-każ ta’ servizz VoIP, jekk għal xi raġuni tinqata’ l-provvista tal-elettriku jkollok bżonn batterija ta’ emerġenza jew uninterruptible power supply (UPS) biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz. Dan japplika wkoll għall-klijenti li jużaw cordless telephones, minħabba li dawn it-tipi ta’ telefon jeħtieġu wkoll provvista ta’ enerġija elettrika biex jiċċarġjaw il-batteriji tagħhom u biex joperaw.
 

Għal aktar informazzjoni dwar is-servizzi tat-telefonija fissa, ara t-taqsimiet Pariri Għall-Konsumaturi u Mistoqsijiet li Jsiru ta' Spiss.

 

Rate the Page

Was this page useful?