Ilmenti u Mistoqsijiet

Kif tippreżenta lment mal-Fornitur tas-Servizz Tiegħek
 
Bħala konsumatur ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, inti intitolat/a li tirċievi mill-inqas kwalità minima ta’ servizz mill-fornituri tas-servizzi tiegħek. Jekk ma tkunx sodisfatt/a bis-servizz li tkun qed tingħata, l-ewwel għandek tikkuntattja lill-fornitur tas-servizz rigward il-problema tiegħek. F’ħafna mill-każijiet, il-fornitur tas-servizz tiegħek ikun jista’ jirrettifika s-sitwazzjoni tiegħek mingħajr azzjoni oħra min-naħa tiegħek.
 
Fejn ikun possibbli, ippreżenta l-ilment tiegħek bil-miktub, u spjega l-problema tiegħek b’mod ċar u li jispeċifika liema azzjonijiet qed tistenna li jieħu l-fornitur tas-servizz tiegħek, u kemm taħseb li għandu jdum biex jagħmel hekk. Hija wkoll prattika tajba li tieħu nota ta’ isem u kunjom ir-rappreżentant tal-fornitur/i tas-servizz li tkun qed titkellem miegħu/magħha rigward l-ilment tiegħek. Ħu wkoll nota tad-data u tal-ħin ta’ meta tkun seħħet il-konverżazzjoni tagħkom. Żomm kopja ta’ kull komunikazzjoni bil-miktub li ssir bejnek u bejn il-fornitur tas-servizz.
 
Għal aktar informazzjoni dwar ir-rwol tagħna, kif ukoll għal informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-utenti aħħarin u tal-fornituri ta’ servizzi, ara t-taqsimiet tagħna Pariri għall-Konsumaturi and Mistoqsijiet li Jsiru ta’ Spiss sections.
 
Kif tippreżenta lment mal-MCA
 
Jekk, wara li tkun ressaqt l-ilment tiegħek mal-fornitur tas-servizz u tkun ħallejt biżżejjed żmien jgħaddi biex l-ilment tiegħek ikun jista’ jiġi indirizzat, inti xorta ma tkunx sodisfatt/a bil-mod li bih il-fornitur tas-servizz ikun indirizza l-ilment tiegħek, aħna nistgħu nkunu f’pożizzjoni li ngħinuk. Jista’ jkun li mhux dejjem ikollna s-setgħa legali li niddeterminaw jekk l-ilment tiegħek huwiex ġustifikat jew le, jew li nimponu soluzzjoni, iżda nistgħu naġixxu bħala medjatur bejnek u bejn il-fornitur tas-servizz tiegħek biex ngħinuk tikseb riżoluzzjoni sodisfaċenti.
 
Inti tista’ tippreżentalna l-ilment tiegħek billi timla u tippreżenta l-Formola ta’ Lment
 
Jekk inti teħtieġ biss informazzjoni dwar kwalunkwe wieħed mis-setturi li aħna responsabbli għalihom, tista’ timla u tippreżenta l-Formola għall-mistoqsijiet. Jekk tiltaqa’ ma’ xi diffikultà int u timla l-formola ta’ lment jew il-formola għall-mistoqsijiet, tista’ wkoll iċċempel fuq 2133 6840 mit-Tnejn sal-Ħamis, bejn id-9:00 ta’ filgħodu u l-5:00 ta’ filgħaxija, jew il-Ġimgħa bejn id-9:00 ta’ filgħodu u s-2:00 ta’ filgħaxija.
 
 

Rate the Page

Was this page useful?