Generali - X’informazzjoni għandi nipprovdi lill-MCA meta nressaq ilment?

Answer

F’ħafna mill-każijiet, l-informazzjoni li ġejja tgħin lill-MCA biex tindirizza l-ilment tiegħek b’mod effiċjenti: 

  • Kopja tal-kuntratt tas-servizz tiegħek;
  • Kopji ta kwalunkwe korrispondenza mal-fornitur tas-servizz tiegħek relatata mal-ilment tiegħek;
  • Kopji ta kontijiet, jekk u meta applikabbli;
  • Kwalunkwe dokumentazzjoni relevanti oħra, bħal: il-formola għat-terminazzjoni tas-servizz; il-formola ta’ applikazzjoni għal ħlas dirett mill-kont bankarju; il-formola ta portabilita' tan-numri.

Rate the Page

Was this page useful?