• English
  • Malti

Attivitajiet tal-MGIF

L-MIGF ġie mwaqqaf fl-ewwel taĠunju tal-2011mill-Inġ. Philip Micallef, Ċermen tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA).

L-MIGF ser jipprovdi pjattaforma organizzattivau se jkun qed jikkollabora ma partijiet interessati lokali tal-komunità tal-Internet sabiex jiżgurali dawn l-avvenimenti jirrapreżentaw il-viżjoni globali tal-IGF (http://www.intgovforum.org).

Ser jiġi stabilit kumitat ta’rappreżentanti mill-MCA, mill-Malta Internet Foundation, mill-Università ta’ Malta, mill-MCAST, mill-MITA, mill-Malta Chamber of Commerce Enterprise and Industry, mill-operaturi ewlenin tas-servizz tal-Internet, mir-rappreżentanti tal-banek lokali, mis-Cyber Police Squad u mill-Aġenzija Appoġġ. Dawn se jkunu fid-dmir li jipprovdu l-perspettivi tagħhom lill-udjenza ħalli minn hemm jibda jitfassalil-forum, u li jippromwovu organizzazzjoni attiva u parteċipattiva.

It-tnedija uffiċjali tal-forum
Agenda
Preżentazzjoni (PPSX / PDF) - mogħtija mis-Sur Steve Agius (Chief Information Officer - MCA)
Preżentazzjoni (PPSX / PDF) - mogħtija mis-Sur Joseph Tabone (Ċermen - COMNET)

It-Tieni IGF

It-Tieni IGF sar il-Palace Hotel, High Street, tas-Sliema fil-15 ta Novembru 2011.

Il-forum infetaħ mill-Inġ. Philip Micallef, Ċermen tal-MCAli min-naħa tiegħu, enfasizza kif l-Internet ser jibqajbiddel l-istil ta’ ħajja tagħna. Iċ-Ċermenelabora wkoll fuq kif l-Internet joffri mezz ta komunikazzjoni fuq skala mingħajrpreċedent u fuq kif din saret parti intrinsika mill-ħajja ta biljuni ta nies madwar id-dinja. L-imparzjalità, l-inklussività u n-nuqqas ta regolazzjoni relattiva tal-Internet joħolqu lok fejn l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni jistgħu jimirħu- li tant huma bżonnjuż għat-titjib ekonomiku tal-pajjiż. Huwa bis-saħħa ta’ dan il-mudell ta’ governanza magħmul mill-partijiet interessatirelattivi li l-Internet jaħdem fil-prattika u jaqdi l-funzjonijiet tiegħu.

Is-suġġett prinċipali tat-tieni forum kien is-sigurtà fuq l-Internet, il-protezzjoni tat-tfal, u l-isfidi għal dawk li jfasslu l-policies dwar il-protezzjoni ta’ gruppi vulnerabbli mill-perikli tal-Internet, partikularment it-tfal. Il-kontributur mistieden kien is-sur John Carr, wieħed mill-awtoritajiet dinjiji fuq l-użu tal-Internet u tat-teknoloġiji ġodda mit-tfal u ż-żgħażagħ. Carr huwa l-konsulent espert tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-Unjoni Ewropea, tal-European Network and Information Security Agency, u huwa wkoll konsulent tal-Oak Foundation ġewwa Ginevra. Il-profil dettaljat tiegħu jinsab fuq http://johncarrcv.blogspot.com/.

Preżentazzjoni (PPSX / PDF) - mogħtija mis-Sur John Carr

It-Tielet IGF

It-Tielet IGF sar fit 28 ta’ Marzu 2012 ġewwa l-‘Palace Hotel’, High Street, tas-Sliema.

Il-forum infetaħ mill-Inġ. Philip Micallef, Ċermen tal-MCA, li spjega kif sitt ġimgħat qabel, eluf ta’ nies ħarġu jipprotestaw fit-toroq kesħin ta’ numru ta’ bliet Ewropej kontra l-ACTA. Dawn id-dimostrazzjonijiet ġew organizzati b’mod kompletament diċentralizzat fuq l-Internet. Ħafna mill-parteċipanti kienu żgħażagħ li ħadu sehem fi protesta għall-ewwel darba. Il-partitarji tal-ACTA iddiskrivew l-att bħala rispons għaż-żieda dinjija fil-kummerċ ta’ oġġetti foloz u għaż-żieda fis-serq- ta’ xogħlijiet protetti bil-copyright tal-awtur rispettiv. L-opponenti tal-ACTA jisħqu li dan l-att iservi ta’ influwenza ħażina fuq id-drittijet fundamentali tal-bniedem, bħal eżempju d-dritt għall-ħelsien tal-espressjoni u għall-privatezza.

Il-forum imbagħad kompla bi presentationu diskussjoni dwar l-ACTA u dwar regoli oħra tal-Internet li jistgħu jibdlu il-mod kif nużaw l-Internet. Id-diskussjoni ġiet immexxija mill-Professur Reinhard Posch,membru ta numru ta soċjetajiet professjonali li ħagħadd ta premjijiet fosthom l-IFIP Silver Core u l-ID Peoples Award 2006. Huwa wkoll wieħed mill-awtoritajiet dinjiji fuq l-e-Government u fuq is-sistemi elettroniċi. Fl-i2010 Framework, il-Professur Posch ipparteċipa fis-sotto-grupp tal-e-Government, fejn mexxa x-xogħol fuq l-e-Identities u fuq l-interoperabbiltà tad-dokumenti elettroniċi. Il-Professur Posch kien ukoll maħtur bħala koordinatur għall-karta elettronika taċ-ċittadin li hija smart card ibbażata fuq firma diġitali maħruġa mill-Gvern Awstrijak u mmexxija mid-“Digital Austria”- l-entitàli tikkoordina t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni u l-Informazzjoni fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika u l-eGovernment fl-Awstrija.

Preżentazzjoni (PDF) - mogħtija mill-Professur Reinhard Posch

Ir-Raba’ IGF

L-IGF ħa sehem fil-konferenza mtella’ mill-BeSmartOnline! fit-12 ta’ Novembru 2015, imsejħa "Internet Overuse and the interplay between self-harm, eating disorder and the Internet".

Il-konferenza laqqgħet nies professjonali li jaħdmu mat-tfal biex jipprovdu tagħrief siewifuq l-użu eċċessiv tal-Internet fost il-minorenni.

Il-konferenza ikkontribwixxiet għad-dibattitu fuq din il-kwistjoni u indirizzat l-istadji differenti u l-manifestazzjonijiet ta’ dan l-użu intensiv kif ukoll il-kawżi ta’ din l-imġiba ħażina. Il-konferenza skrutinizzat ukoll is-self harm, fenomenu li qed jintwera dejjem iktar fil-midja soċjali minħabba n-numru konsiderevoli ta’ minorenni li qed itellgħu ritratti tagħhom infushom fuq l-Internet jagħmlu dan l-att. Il-konferenza ffokat ukoll fuq ir-relazzjoni bejn is-self harm, l-eating disorders u l-irwol tal-Internet fi ħdan dan kollu, li qed jintuża biex jikxef dawn il-kwistjonijiet sensittivi.

Il-Hames IGF

It-ħames IGF sar ġewwa il-‘The Palace Hotel’, High Street, tas-Sliema, fis-16 ta Marzu 2016.

Il-forum iffoka fuq ir-Regolament (EU) Nru. 910/2014 fuq l-identifikazzjonielettronika (eID) u s-servizzi fiduċjarji (eTS)għat-transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (ir-regolament tal-eIDAS). L- eID u l-eTS huma għodod kruċjali għat-transazzjonijiet elettroniċi transkonfinali u huma kruċjali għall-bini tas-Suq Diġitali Waħdieni.

Programm u kelliema:

08:30: Registrazzjoni
09:00 – 09:15: Merħba indirizz (Is-Sur Steve Agius – MCA)
09:15 – 10:00: Ħarsa ġenerali lejn ir-Regolament tal-UE (Dott. Hans Graux – time.lex)
10:00 – 10:15: Amendi fl-Att dwar il-Kummerċ Elettroniku (Dott. Paul Edgar Micallef – MCA)
10:30 - 11:15: L-irwol tal-Entitajiet tal-Assessjar tal-Konformità, l-Entitajà Nazzjonali tal-Akkreditazzjoni u l-Entitajà ta’Superviżjoni (Is-Sur Olivier Delos – SEALED)
11:15 – 11:45: Opportunitjiet u sfidi tar-Regolament tal-UE (Is-Sur Oliver Delos – SEALED, Dott. Hans Graux – time.lex)
11:14 – 12:15: Mistoqsijiet u tweġibiet