Dwar

It-Taqsima tas-Soċjetà tal-Informazzjoni ġiet stabbilita fl-2008 bl-għan li titnaqqas il-firdadiġitali bejn il-gruppi differenti tas-soċjetà. Matul dawn l-aħħar snin, ħriġna b’numru ta’ inizjattivi li jħajrul-inklużjoni diġitaliu ksibna riżultatipożittivi ferm għas-soċjetà Maltija.  Dawn l-inizjattivi servew ukoll sabiex titjib il-pożizzjoni ta’ Malta f’numru ta’ indikaturi tal-Eurostat, li jiġu ppublikati fl-iscoreboard dwar is-Soċjetà tal-Informazzjoni. Dawn l-indikaturi jurun-numru ta’ individwi li qatt m’użaw l-internet. Dan in-numru naqas minn kważi nofs il-popolazzjoni (49 %) fl-2008, għal 22% sal-aħħar tas-sena 2015.  L-indikaturi juru wkoll li l-attività tal-kummerċ elettroniku (eCommerce). Fost il-persuni involuti f’din it-tip ta’ attività,  żiedet 23% għandhom 55 sena jew aktar.

Implimentajna u se nkomplu nimplimentaw, numruta’ proġetti li jiffukaw fuq il-progresstat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) f’oqsma differenti. Ħdimna fuq il-promozzjoni tas-sigurtà onlajn fost it-tfal u ż-żgħażagħ biex nżidu l-għarfien tal-ICT u biex jissaħħu l-ħiliet tal-popolazzjoni inġenerali, partikolarmenttal-popolazzjoni anzjana utal-gruppi żvantaġġati. Naħdmu wkoll sabiexnippromwovu l-użu tal-kummerċ elettroniku fostl-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Proġetti oħra ġew imnieda sabiex jiġu premjati l-aħjar programmi diġitali għan-negozju elettroniku, sabiex jiġu installati hotspots tal-WiFi b’xejn madwar Malta u Għawdex, u sabiex jiġi żviluppat u aġġornat dizzjunaru tal-Malti onlajn. Organizzajna wkoll sessjonijiet ta’ taħriġ bażiku għat-tfal fil-programming.

L-attività tagħna fil-qasam tas-soċjetà tal-informazzjoni tinqasam fi tliet kategoriji. Naħdmusabiex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għat-teknoloġija u l-internet; sabiex niżviluppaw il-kompetenzi diġitali fost iċ-ċittadini, u niżguraw li l-komunità kummerċjali tirrikonoxxi l-benefiċċji li ġġib magħha d-dinja diġitali.

 

Dan l-attività tiġi ppjanata u mwettqa b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra pubbliċi u privati, u mas-soċjetà ċivili. Kollaborazzjonijiet bħal dawn jgħinu bil-bosta fl-implimentazzjoni u għalhekk, huwa importanti ferm li jiġu żviluppati s-sinerġiji meħtieġa sabiex niksbu l-aħjar riżultati possibbli.