• English
  • Malti

Il-Mandat tal-MIGF

Ir-responsabbiltajiet u l-mandat tal-MIGF għandhom ikunu mfasslin fuq il-mandat tal-Forum tal-Governanza tal-Internet (IGF). L-irwol ta’ dan huwa li jagħti appoġġ lis-Segretarju Ġeneral tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex dan ikun jista’ jaqdi l-mandat mogħti lilu fil- WSIS li jlaqqa’ forum ġdid ta’ partijiet interessati varji fi djalogu fuq policy.

Ir-responsabbiltajiet prinċipalital-MIGF huma:

  • Li jiddiskuti kwistjonijiet marbutin mal-policy pubblika relatatimal-elementi priċipalital-governanza tal-Internet, bl-għan li jitrawmus-sostenibbiltà, ir-robustezza, is-sigurtà, l-istabbiltà u l-vilupp tal-Internet;
  • Li jiffaċilitad-diskors bejn partijiet differentinvoluti f’diversi policies pubbliċi trasversali fir-rigward tal-Internet, u jiddiskuti punti li ma jaqgħux taħt il-mandat ta’ partijiet eżistenti;
  • Li jżomm kuntatt ma’ organizzazzjonijiet inter-governattivi u istituzzjonijiet oħra fuq is-suġġetti li jirrigwardja lilu;
  • Li jiffaċilita t-transpożizzjoni tal-informazzjoni u tal-aqwa prattiċi waqt li jieħu vantaġġ mill-kompetenza tal-komunitajiet akkademiċi, xjentifiċi, u tekniċi.
  • Li jagħtiparir lill-partijiet interessati sabiex jipproponu modi u mezzi li jtejbu d-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-Internet;
  • Li jsaħħaħ u jtejjeb l-impenn tal-partijijet interessatifil-mekkaniżmi tal-governanza tal-Internet kemm eżistenti kif ukoll dawk futuri;
  • Li jidentifika il-kwistjonijiet li għadhom qed jimmaterjalizzawujiġbedl-attenzjoni tal-partijiet rilevanti u tal-pubbliku ġenerali fuqhom, u fejn japplika, jagħmel rakkomandazzjonijiet;
  • Li jappoġġja l-iżvilupp tal-kapaċitajiet umani fil-qasam tal-governanza tal-Internet billi jużabis-sħiħ ir-riżorsi umani u l-għarfien lokali;
  • Li jippromwovi u jevalwa kontinwament il-prinċipji tal-proċessi tal-governanza tal-Internet tal-WSIS;
  • Li jiddiskuti, fost l-oħrajn, punti relatati mar-riżorsi tal-Internet li huma kritiċi;
  • Li jgħin sabiex jinstabu soluzzjonijiet fuq kwistjonijiet li jqajjem l-użu u l-abbuż tal-Internet,  li partikolarment jikkonċernaw l-utenti tal-Internet, u;
  • Li jippubblika l-informazzjoni.